Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, Luke Littler, reġa’ sar iċ-champion tad-dinja għat-tieni darba konsekuttiva, meta rebaħ il-Kampjonat Dinji għat-tieni sena konsekuttiva tad-darts.
Fil-finali, Littler għeleb lil Olandiż Gian van Veen, b’skor konvinċenti ta’ 7–1.
Van Veen beda dan l-konfront b’mod pożittiv u rebaħ lewwel set, b’sinjali li l-finali setgħet tkun waħda bilanċjata u kumbattuta.
Madankollu, Littler wieġeb b’mod determinat u mit-tieni set ’il quddiem ħa kontroll sħiħ tal-logħba, fejn rebaħ seba’ sets konsekuttivi biex issiġilla t-tieni titlu dinji tiegħu fil-karriera tad-darts.
Dan is-suċċess poġġa lil Littler f’lista esklussiva, hekk kif sar biss ir-raba’ plejer fl-istorja tad-darts li rebaħ il-Kampjonat Dinji f’sentejn konsekuttivi, flimkien ma’ Phil Taylor, Adrian Lewis u Gary Anderson.
Minkejja t-telfa li sofra filfinali, il-kampjonat ta’ Van Veen kien wieħed sodisfaċenti.
Il-punti miksuba tellgħuh sat-tielet post tar-rankings dinjija, u għall-ewwel darba mill-2012 ’l hawn qabeż lil Michael van Gerwen, biex issa hu meqjus bħala l-aqwa plejer Olandiż fid-dinja tad-darts.
Dan ir-rebħ ikkonferma wkoll il-maturità straordinarja ta’ Luke Littler, minkejja l-età żgħira tiegħu.
Luke Littler jerġa’ jsir iċ-champion tad-dinja


