Lokali

Mara u raġel jinżammu arrestati wara li ferew gravi lil żewġt irġiel fl-ewwel jum tas-sena

Raġel u mara inżammu arrestati wara li ferew gravi lil żewġt irġiel f’bar fil-Ħamrun.

Il-Każ seħħ bejn is-siegħa u t-tlieta ta’ filgħodu, nhar l-ewwel tas-sena, meta Darren Galea ta’ 44 sena minn Marsascala u żagħżugħa ta’ 25 sena li isimha ma jistax jixxandar taħt ordni tal-qorti darbu gravi lil żewġt irġiel b’daqqiet ta’ sikkina.

Minnufih l-għassa tal-Ħamrun ġie infurmata li kien hemm persuna li qalgħa daqqa ta’ sikkina u l-pulizija marru fuq il-post fejn sabu wieħed miż-żewġt irġiel ferut – bix-xhieda li kienu fl-istabbiliment tax-xorb itennu li kien Darren Galea li darbu.

Filmati elevati mill-kameras tas-sigurtà tal-bar, murija mis-sid tal-ħanut lill-Pulizija, Galea u ż-żagħżugħa dehru jidħlu flimkien fil-ħanut b’kanna tal-ħadid kull wieħed.

ll-Maġistrat Abigail Critien ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat lir-raġel u lill-mara sabiex ma jagħmlux kuntatt mal-vittmi, inkella jkollhom iħallsu €7,000.