Lokali

Mitejn siġra fis-Swieqi fil-25 anniversarju tal-Breast Clinic

Mitejn siġra miżrgħuha fis-Swieqi għall-25 sena mit-twaqqif tal-Breast Clinic li jassisti lil dawk kollha li jkunu għaddejjin mill-marda tal-kanċer tas-sider – sfida reali li laqtet bosta.

Intant, dan il-clinic ġie mwaqqaf lura fis-sena 2000, bil-għan li kirurgi u t-tobba jingħaqdu fi sħieħ sabiex jiddiskutu l-kura u t-trattament għal din il-marda.

Net News tkellem wkoll mal-moħħ wara din il-klinika li assistiet lil bosta nies li kellhom bżonn trattamenti varji matul dawn l-aħħar kwart ta’ seklu, il-Kirurgu Gordon Caruana Dingli fejn ta stampa wkoll tal-għan aħħari ta’ din l-inizjattiva.

Hu spjega magħna wkoll li din l-idea ġiet wara li anke huma bħala għaqda waħda li qed tiċċelebra dan l-anniversarju speċjali jridu jħallu mafkar li verament jagħmel effett u fl-aħħar mill-aħħar jagħmel il-ġid.

Kien għalekk li flimkien mal-kxif ta’ lapida kommemorattiva ta’ dan l-anniversarju, tħawlu wkoll 200 siġra ta’ tipi varji li joqodu perfettament Fort Madliena fil-limiti tas-Swieqi.

Ma’ Net News tkellem wkoll il-Mastġar li ħa ħsieb jassigura li jitħawlu l-aqwa sigar li jixirqu lil din l-akwata tal-Madliena.

Apparti min hekk is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat qal wkoll li ħassu kburi li intgħażlet il-lokalità tas-Swieqi sabiex anke jkomplu jsiru proġetti ta’ afforestazzjoni, kif qed isiru mill-Kunsill tal-istess lokalità.

Ritratti: Martin Agius