Sport

Mosta, Naxxar u Żabbar jgħaddu mal-aħħar sittax tal-Meridianbet FA trophy

It-trofew tal-FA Trophy sponsorjat minn Meridianbet
It-trofew tal-FA Trophy sponsorjat minn Meridianbet

Mosta………..1(4)
Mqabba……..1(3)

Mosta: D. Akpan, A. Agius,M. Bolanos Garcia (B.Farrugia 102’), J. Scerri (J. Da
Silva 46’) , C.Samson (I.Halliru 89’), J. Silva Dias,N. Agius (L. Urpani 107’), P.Emmanuel , S. Zibo
(G.Sciberras 83’), J. Vassallo,Z. Brincat
Mqabba: L. Moore, N. Magri, J. Busuttil, M. Busuttil, Q.Micallef (J. Farrugia 68’) (A.Camilleri 112’), W. Agius, L.Mijic (I. Galea 68’ ) (L.Bugeja 68’), M. Borg, P.Zammit (P. Rios 59’), A.Viveros (S. Nanapere 68’)
Imwissija: Q.Micallef 19’ Z.Brincat 25’, B.Farrugia 70’, L.Bugeja 105’
Skorjaw: I.Halliru 118’ (M), L.Mijic 119’ (M)
Referee: Reuben Spiteri Delicata

Mosta FC kisbu post fl-aħħarsittax tal-Meridianbet FA Trophy wara rebħa drammatika bil-penalties kontra Mqabba FC, f’konfront bilanċjat u mimli tensjoni li ntemm 1–1 fil-ħin barrani.
Il-partita kienet waħda magħluqa u mimlija ċansijiet mitlufa, b’żewġ penalties flewwel taqsima—wieħed għal kull naħa—li t-tnejn ġew salvati mill-goalkeepers, Akpan u Moore, biex l-iskor baqa’
mingħajr gowls sal-mistrieħ.

Iż-żewġ timijiet kellhom okkażjonijiet ċari matul id-disgħin minuta, iżda l-aħħar pass u l-konklużjoni naqsu milli jagħmlu d-differenza.
Fil-ħin barrani, Mqabba fallew opportunità mill-aqwa biex jiftħu l-iskor, u ftit wara Mosta marru minn fuq fil-118-il minuta b’konklużjoni preċiża ta’ Ibrahim.
Madankollu, Luka Mijic wieġeb minnufih għal Mqabba biex ġab id-draw u bagħat il-partita
għall-penalties.

Mosta kienu aktar kalmi u effettivi mill-11-il metru.
Wara żbalji kruċjali minn Mqabba u saves deċiżivi ta’ Akpan, Mosta ħarġu rebbieħa u
kkonfermaw il-kwalifikazzjoni tagħhom għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.

Żabbar SP…………1
Xewkija Tigers…..0

Żabbar SP: M. Issufe Djalo, P. Cejas, B. Gambarte (L.Micallef 64’), N. Agius (K.Scicluna 64’), J. Micallef, S.Jovancic, Z. Leonardi (I. Etim Akpan 86’), T. Eviparker (M.Fontanella 46’), R. Scicluna, Mayron, J. Pisani (Y.Im 70’).
Xewkija T: N. Kosanin, J.Vella (G. Hili 75’), I. Xuereb,D. Bugeja, M. Barbosa, M.Said (J. Farrugia 82’), S.Cassar, A. Bustos (J. Buttigieg 82’), B. Parada, B. Armando Melo Dos Santos, A. Toure (M. Bonnici 84’).
Imwissija: A.Etim 90+4’ (Ż), B.Dos Santos 16’ S.Cassar 16’, 56’ ,A. Toure
20’,B.Parada 35’, M.Said 73’,(X)
Skorjaw: M.Fontanella 64’(Ż)
Referee: Matthew de Gabriele
Żabbar St. Patrick FC assiguraw posthom mal-aħħar sittax tal-Meridianbet FA Trophy b’rebħa minima ta’ 1–0 kontra Xewkija Tigers FC, f’logħba li nqalbet favur iż-Żabbarin fit-tieni taqsima.
Il-konfront kien wieħed bilanċjat u kompetittiv, b’Xewkija juru organizzazzjoni u determinazzjoni minkejja li spiċċaw jilagħbu kważi t-tieni taqsima kollha b’għaxar plejers wara t-tkeċċija ta’ Stefan Cassar.
Dan l-inċident kien kruċjali u naqqas ħafna l-possibbiltajiet tax-Xewkija li jkomplu jżommu r-ritmu.
L-ewwel taqsima rat lil Żabbar ikunu aktar fuq lattakk, iżda Xewkija dehru perikolużi fuq il-kontrattakki u żammew il-partita miftuħa, b’diversi saves minn naħa taż-żewġ goalkeepers.
Minkejja pressjoni kostanti minn Żabbar, l-iskor baqa’ mingħajr gowls sal-mistrieħ.
Fit-tieni taqsima, wara li Xewkija tħallew b’plejer inqas, Żabbar sfruttaw is-superjorità numerika u fit-63 minuta sabu l-gowl deċiżiv permezz tas-sostitut Mario Fontanella, li temm azzjoni b’konklużjoni
preċiża minn pożizzjoni diffiċli.
B’dan il-gowl, Żabbar ikkontrollaw il-logħba b’mod dixxiplinat u ma tawx spazji lill-avversarji,
filwaqt li Xewkija sabuha diffiċli joħolqu periklu reali.
Minkejja tentattivi oħra lejn tmiem il-partita, ir-riżultat baqa’ ma nbidilx, b’Żabbar jikkonfermaw kwalifikazzjoni mistħoqqa u Xewkija joħorġu mill-kompetizzjoni b’wirja rispettabbli.

Marsa……………..0
Naxxar Lions…..3

Marsa: J. Scicluna ( C.Abdilla 81’), I. Abela, G. Diego
Farrugia (K. Azzopardi Conti 46’), J. Bugeja Aboumehdi (O. Galea 72’), A. Dor Jok , D.Machado Versiani, G.Sakyi, G. Bugeja , G. De Castro Cruz, M. Morgon Filho, N.Demanuele 81’), S. Briffa (Z.Azzopardi 46’).
Naxxar Lions: M. Debono, T.Kruger, G. Felipe De Campos Goncalves , M. Fenech (M.Micallef 66’), E.Cerqueira Farias( Kayne Haber 77’), J.Victor Souza Dos Santos, E.Bolanos Angulo ( J. Jose Hernandez Reyes 46’), R.Pereira Da Silva, C.Cedric Kontchou Nganmini (’ S.Siolklon Amiel Guehi 66’), V.De Jesus, G.Bonanno (N.Pace Cocks 66’).
Imwissija: M.Morgon Filho 19’, A. Dor Jok 44’, G.De Castro Cruz 66’ (M) ,T.Kruger 42’, G. De Campos 44’, V.De Jesus 61’(N)
Skorjaw: V. De Jesus 40’, J.Victor Souza Dos Santos 48’,86’(N)
Referee: Wayne Sammut
Naxxar Lions FC għaddew għall-fażi li jmiss tal-Meridianbet FA Trophy wara rebħa b’saħħitha kontra Marsa FC, f’logħba li rawha jkunu laktar perikolużi tul id-disgħin
minuta.
Naxxar fetħu l-iskor lejn tmiem l-ewwel taqsima, meta sfruttaw free-kick mix-xellug u De Jesus bir-ras tefa’ l-ballun fix-xibka biex poġġa lill-Lions fil-vantaġġ.
L-ewwel taqsima kienet ikkaratterizzata wkoll minn diversi interventi dixxiplinarji
minn naħa tar-referee.
Fit-tieni taqsima, Naxxar kabbru l-vantaġġ kmieni meta, wara azzjoni tajba fuq il-ġenb,Dos Santos ikkonkluda b’xutt preċiż minn tarf il-kaxxa.
Marsa ppruvaw jirreaġixxu iżda sabu ruħhom taħt pressjoni kontinwa, filwaqt li Naxxar komplew joħolqu periklu u saħansitra laqtu l-lasta.
Minkejja ċans ċmitluf minn Marsa fil-fażi finali tal-partita, Naxxar issiġillaw ir-rebħa lejn
it-tmiem meta Dos Santos approfitta minn żball tal-goalkeeper u skorja t-tielet gowl, biex b’hekk ikkonfermaw posthom mal-aħħar sittax.

Pietà Hotspurs………..5

Mtarfa………………………0

Pieta H: R. Cini (A. Newell 58′), I. Cutajar, S. Borg (I. Vella 67′), L. Gatt, A. Stelmach Santana, J. Brincat (J. Borg 58′), L. Bugeja, J. Mallia (S. Abo Assaf 58′), N. Pisani, R. Sgaria Farias, E. Bio (D. Abela 74′).

Mtarfa: J. Mangion, R. Muscat, K. Grech (Z. Borg 66′), Z. Bartolo (C. Matthews 66′), D. Marsala (Z. Chetcuti 59′), K. Trawally, R. Ruiz Fajardo (J. Clarke 59′), T. Sultana, L. Camilleri, F. Arriagada Mella (P. Axisa 83′), B. Parnis.

Twissija: R. Cini 30′ , J.Mallia 47′, E.Bio 69′ (P), D.Marsala 9′, R.Muscat 45′, Z.Bartolo 55′ , F.Mella 73′

Skorjaw: N.Pisani, 6′ A.Santana 44′, E.Bio 54′, S.Assaf 87′ , A.Santana 90′

Referee: V.Rizoski

Żurrieq…………….. 4

Kerċem Ajax………….. 0

Żurrieq: G. Borg, S. Bugeja (X. Portelli 65′), G. Eziefula, B. Ihuomah (B. Schneider 76′), G. Aquilina, A. Sarraude, A. De Barros, S. Mackay (S. Darmanin 65′), J. Monney, C. Borg (J. Zerafa 57′), S. Bezzina (G. Zammit 76′).

Kerċem A: F. Vella, M. Fernandes (T. Markovic 65′), D. Bogdanovic, J. Theuma, N. Severiano, R. Saliba, A. Mizzi (D. Cassar 65′), A. Xuereb (N. Mercieca 46′), A. Debrincat, S. Azzopardi, I. Moura.

Twissija: S.Azzopardi (K), S.Mackay 46′ , J.Zerafa 79′ (Ż)

Skorjaw: G. Aquilina 26′, B. Ihuomah 53′, C. Glamour Eziefula 61′, J. Monney 80′ (Ż)

Referee: Andrea Naudi

Fgura United………2

Santa Lucia…………1

Fgura United: Y. Cini, A. Xuereb, D. Caruana (H. Abdelghani 89′), S. Buhagiar (I. Micallef 67′) , A. Abdel Rahman (H. Ueda 67′), M. Brincat, C. Akande, K. Formosa, M. Gambin, M. Gatt, N.Marshall

Santa Lucia: M. Buhagiar, A. Kirovski, M. Takahara, J. Bajada (A. Borg 46′), J.Abela, D. Mangion (J. Cordina 75′), A. Mizzi (J. Nicholl 65′), Fi Petkovski, B. Hannan, S. Diacono (A. Borg 46′) , B. Agius (S. Gatt 46′)

Twissija: D.Caruana 27′, A.Xuereb 84′, M.Gambin 90+1′ (F), B.Hannan 69′ (SL)

Skorjaw: A. Nagba Marshall 21′ A. Abdel Rahman 30′ (F),  A. Nagba Marshall 80′ (SL)

Referee: Sandro Spiteri

Balzan………………1(3)

Birzebbuga……..1(5)

Balzan: D. Ciappara, S. Arab, J. Engerer, N. Pulis, O. Awosonya, L. Santos Silva, A. Cini, S. Cipriott (J. Portelli 90+1′ ), C. Gauci (S. Chiemezie 66′), Z. Grech (J. Grech 66′)(B. Hili), D. Silva Caetano.

Birżebbuġa SP: J. Pisani, N. Attard (P. Lapira 51′), J. Bolanos, M. Azzopardi, J. Vella, M. Xuereb (C. Baker 83′), A. Sulaiman, J. Osebomen (E. Grioli 90+21′), J. Walker, L. Agius (A. De Souza Silva 90+1′), D. Zerafa.

Twissija: O. Awosanya 39′ L.Silva 54′, A.Cini 65′, D.Caetano 74′ (B), M.Azzopardi 10′ , Y.Sulaiman 63′ , M.Xuereb 63′, D.Zerafa 104′

Skorjaw: O. Dimeji Awosanya 90+19′ (B) ,  Yusuf Abdullahi Sulaiman 90+4′ (B)

Referee: Daniel Casha