F’logħba pjuttost drammatika l-Ħadd bejn Lazio u Napoli, hekk kif it-tim ta’ Napoli rebaħ bl-iskor
ta’ 2-0 kontra Lazio fl-Istadio Olimpico.
Napoli fetħu l-iskor tal-logħba fil-13 minuta logħob meta d-difensur laterali Leanardo Spinazzola skorja l-ewwel gowl permezz ta’ assist mill-winger Matteo Politano.
Fit-32 minuta logħob, Napoli jżidu l-vantaġġ meta d-difensur Amir Rrahmani jagħmel l-iskor 2-0 permezz ta’assist mill-istess plejer Matteo Politano.
Fit-tieni taqsima, ir-referee Davide Massa keċċa lil plejer Tijjani Noslin tal-Lazio wara foul fuq Alessandro Buongiorno.
Noslin kien diġa mogħti l-karta safra mir-referee Massa.
Ftit minuta, r-referee jkeċċi l-plejer Pasquale Mazzochi tan-Napoli wara li għamel foul ikraħ fuq Adam Marusic, bir-referee jkeċċi wkoll lil Adam Marusic tal-Lazio.
Fiorentina jiksbu t-tieni rebħa tagħhom fis-Serie A, dan wara li kellhom staġun diffiċli.
Il-gowl tar-rebħa jasal fl-aħħar ftit minuti logħob tal-partita permezz tal-plejer internazzjonali Moise Kean.
Il-Ħadd ukoll, Torino rebħu bl-iskorta’ 3-0 kontra Hellas Verona barra minn darhom.
Wara għaxar minuti logħob, l-attakkant Giovanni Simeone fetaħ l-iskor għal Torino.
Fis-87 minuta logħob, Cesare Casedei iżid it-tieni gowl għal Torino, biex imbagħad Alie Njie jiskorja t-tielet gowl ta’ Torino biex jagħti rebħa lil Torino.
L-iskor finali jkun dak ta’ 3-0 għal Torino.
Fis-Serie A ukoll il-Ħadd, Inter lagħbu kontra Bologna.
Inter marru fil-vantaġġ fid-39 minuta logħob, meta l-plejer internazzjonali
tal-Polonja Piotr Zielinski jiftaħ l-iskor tal-partita permezz ta’ assist mill-captain Lautaro Martinez.
Inter jżidu l-vantaġġ tagħhom meta fit-48 minuta, il-captain Lautaro Martinez skorja t-tieni gowl minn assist tal-midfielder Hakan Calhanoglu.
Fl-74 minuta, l-attakkant Franċiż Marcus Thuram jiskorja t-tielet gowl ta’ Inter sabiex jaċċerta rrebħa
għar-Nerazzuri.
Bologna jiskorjaw fit-83 minuta logħob meta l-attakkant Santiago Castro għeleb lil gowlkiper Yann
Sommer.
L-iskor finali jkun ta’ 3-1 għal Inter, u b’hekk Inter jkunu fl-ewwel post tal-klassifika.
Napoli jegħlbu lil Lazio 2-0 f’logħba drammatika


