“Ħassejt li għandha terġa’ ssir il-bidla minn flixken tal-plastik għal fliexken tal-ħġieġ.”
Hekk sostna il-pumpier u attivist, Glen Ciantar, wara li ġimgħa qabel il-Milied ressaq waħda mill-ikbar petizzjonijiet fil-Parlament ta’ Malta – fejn talab sabiex il-flixken tal-plastik jinqatgħu u jerġgħu jiġu introdotti l-flixken tal-ħġieġ.
F’filmat fuq il-midja soċjali Glenn Ciantar, elenka il-problemi li joħolqu il-flixken tal-plastik fuq l-ambjent u anke fuq saħħitna filwaqt li tenna li jekk din il-petizzjoni tilħaq il-mira tagħha, din il-bidla se twassal biex jitnaqqsu l-micro plastics f’ġisimna u r-riskju tal-kanċer.
Ciantar talab ukoll biex apparti l-flixken tal-plastik jinqatgħu ukoll oġġetti oħrajn li għandhom materjal simili u li qed iżidu r-riskju ta’ kanċer.
Huwa fakkar ukoll li l-Unjoni Ewropea bħalissa qiegħda taħdem biex kemm jista’ jkun telimina s-single use plastic.
Glenn Ciantar ħeġġeġ lil poplu Malti u Għawdxi kollu sabiex jikkontribwixxi għal din il-bidla billi jiffirma din il-petizzjoni li sa issa diġa għandha mijiet ta’ firem; u li se twassal għal bidla pożittiva kemm fl-ambjent u fuq saħħitna.
//= $special ?>
