“J’Alla s-sena l-ġdida tkun sena li tressaqna aktar qrib xulxin f’Malta ġusta u b’saħħitha”
Jien dan il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, f’ittra lin-Nazzjon li ġiet ippubblikata fuq il-Gazzetta tal-Malta today – fejn fiha ħareġ il-messaġġ b’saħħtu u ta’ tama ta’ Alex Borg għal din is-sena l-ġdida.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista beda’ billi spjega li hu qed jaraf ir-responssabiltà tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni, liema karigi qed ikomplu jsaħħu fih it-tama li kapaċi jwassal dik il-bidla li hemm bżonn.
B’Alex Borg jisħaq li fil-Partit Nazzjonalista qed tkompli ssir ir-riġenerazzjoni neċessarja sabiex l-istess partit jkun jista’ joffri viżjoni li tkun kapaċi tbiddel lil Malta u Għawdex xprunata mill-għaqda fost il-poplu – poplu li qatt ma beża’ jbiddel għall aħjar u jibni futur sabiħ għal ġenerazzjonijiet futuri.
Intant Alex Borg tkellem wkoll fuq il-bżulija tal-poplu Malti u Għawdxi u kif Malta żgur li għandha bażi soda għal futur tagħha – bażi ta’ ħaddiema bieżla, negozjanti ambizjużi u żgħażagħ lesti sabiex b’għaqda nazzjonali jixprunaw il-biddla.
Apparti min hekk huwa kompla jitkellem fuq kif jemmen li ż-żgħożija ġġib magħha mhux nuqqas ta’ esperjenza, imma urġenza u kuraġġ li taħseb b’mod differenti, biex tiftaħ bibien ġodda, u biex tibni pontijiet fuq soċjetà li qed tinbidel ġurnata b’ġurnata
B’Alex Borg itenni li jemmen fil-progress xprunat mill-valuri ta’ dan il-poplu, progress f’Malta li hija kburija bil-passat tagħha iżda b’ħarsitha lejn il-futur tagħha.
Intant il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg għalaq billi wiegħed li ser jaħdem b’mod kostruttiv, jikkritika fejn ikun meħtieġ, u dejjem jipproponi.
B’enfasi fuq il-pajjiż li rridu nħallu l-uliedna u l-ulied uliedna.
//= $special ?>

