L-Awtoritajiet Żvizzeri identifikaw 16-il persuna oħra fost il-vittmi li tilfu ħajjithom fit-traġedja ta’ Crans Montana lejlet l-ewwel tas-sena.
L-iżgħar fost il-vittmi li mietu fin-nirien li ħakkmu l-bar f’dan l-iski resort kien Żvizzera ta’ 14-il sena, b’9 żgħażagħ mejtin li kellhom taħt it-18-il sena.
Qalb dawk li tilfu ħajjithom fil-qilla tan-nar li ħakem dan l-istabbiliment tad-divertiment hemm Żviżżeri, Taljani, Rumeni, Torok kif ukoll Franċiżi.
Għalhekk s’issa hemm 24 vittma identifikati – hekk kif sfortunatament qed tkun difficli għall-awtoritajiet sabiex jidentifikaw il-kadavri sforz il-ġrieħi estensivi li sofrew kawża tan-nirien kbar li ħakmu s-sit.
Intant, għaddejja investigazzjoni kriminali fil-konfront tas-sidien tal-bar Le Constellation, koppja Franċiża, Jacques u Jessica Moretti – suspettati b’negliġenza li kkawżat il-mewt ta’ għexieren ta’ persuni.
Dan filwaqt li l-qraba tal-vittmi għadhom qed jistennew l-eżitu tal-awtopsji….b’għexieren ta’ ġenituri għadhom ma jafux x’sar minn uliedhom fil-lejl tal-ewwel tas-sena.
B’kollox mietu tal-inqas 40 persuna, fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, u hemm mal-119-il midruba, filwaqt li hemm numru wkoll ta’ persuni għadhom nieqsin.
//= $special ?>

