Lokali

Il-Cath Suite Nurses imċaħħda mill-leave u ttellgħu l-qorti lejliet l-ewwel tas-sena – MUMN

Fi starrija li ħarġet l-MUMN dalgħodu kmieni hi sostniet li lejliet l-ewwel tas-sena, għal darb’oħra l-Gvern tella’ lill-union il-qorti,u dan talli pruvat tissalvagwardja d-drittijiet tal-leave tan-nurses u ta’ dawk li jaħdmu fil-Cath Suite.

Il-Cath suite nurses għandhom rwol kruċjali fil-proċess tal-catheter tal-pazjenti bi problemi tal-qalb. Fost affarijiet oħra n-nurses jippreparaw lill-pazjenti u wara jdaħlu l-cathetar fil-vina jew fl-arterji.

L-MUMN qalet li Il-Ministru tas-Saħħa nnifsu, akkumpanjat minn 3 avukat, l-aktar mħallsa,argumentaw bi ħġarhom kontra d-dritt li n-nurses jibbenefikaw mill-leave ta’ dawk li jaħdmu bħala Cath Suite nurses. Dawn l-avukati kompliet issostni l-MUMN huma mħallsa mix-taxxi tal-membri tagħha u taċ-ċittadini,