Sport

Jirbħu l-Marokk u l-Kamerun

Marokk     1           Tanzanija    0

Gowl ta’ Diaz fit-tieni taqsima fi Prince Moulay Abdellah Stadium, kien biżżejjed għal Marokk biex quddiem il-pubbliku tagħhom għaddew għal kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni.

Matul l-ewwel taqsima minkejja dominju assolut mill-Marokk b’pussess saħansitra sa 71 %, b’xi mod id-difiża tat-Tanzanija u wisq aktar Hussein Masalanga żammew l-iskor intatt.

Fil-15-il minuta Ismael Saibari bir-ras għeleb lil Masalanga izda l-gowl ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside. Riżultat ta’ 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima kibret il-pressjoni minn Marokk li fl-64 minuta fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Achraf Hakimi kien BRAHIM DIAZ li għeleb lil Hussein Masalanga għal dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv u post fil-kwarti finali.

Afrika t’Isfel    1         Kamerun  2

B’gowl f’kull taqsima Kamerun għaddew għal kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni b’rebħa li f’mumenti kienet ristretta sforz l-offensiva tal-Afrika t’Isfel lejn tmiem il-partita.

Fl-34 minuta Kamerun marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Samuel Kotto kien JUNIOR TCHA MADEU li għeleb lil Ronwen Williams għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

L-andament matul it-tieni taqsima f’Al Barid, baqa’ l-istess l-aktar wara li fis-47 minuta Kamerun irdoppjaw. Minn azzjoni tas-sostitut Mahamadou Nagida kien CHRISTIAN MICHAEL KOFANE li għeleb lil Williams 2 – 0 . Reazzjoni mill-Afrika t’Isfel li iżda kien biss fit-88 minuta li naqqsu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Abrey Modiba kien EVIDENCE MAKGOPA li għeleb lil Devis Epassy għat-2 – 1 finali u Kamerun fil-kwarti tal-finali.