Lokali

Kunċert tal-Epifanija f’Għawdex

Is-7 edizzjoni tal-KUNĊERT TAL-EPIFANIJA sar nhar il-Ħadd u kien l-aħħar avveniment għal dan l-Istaġun Festiv u l-ewwel avveniment għas-sena l-ġdida 2026.

Din is-sena l-kunċert ospita l-kor tat-tfal “FATHER’S ANGELS CHILDREN’S CHOIR” mill-Knisja Parrokkjali tas-Sacro Cuore f’Tas-Sliema. Il-Kor huwa grupp mużikali mmexxi mir-Rev. Fr. Joe Caruana OFM. Huma daqqew innijiet u mużika festiva.

L-avveniment ospita wkoll lill-kantanta Mary Spiteri li pparteċipat f’dan il-kunċert li sar fil-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajnsielem, Għawdex.

Il-Ministeru għal Għawdex, id-Direttorat tal-Wirt Kulturali flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem appoġġjaw dan l-avveniment.