Carm Mifsud Bonnici
Shadow Minister
għar-Riforma Kostituzzjonali,
l-Identità Nazzjonali
u d-Djalogu Interkulturali
- Dawk tal-komunità li ngħixu fiha biex tikber fil-ħsieb u fil-preparazzjoni lejn l-isfidi tal-lum u dawk ta’ għada.
Forsi fit-tama li jirnexxielna jkollna aktar bnedmin li jfittxu li jaqraw kotba, gazzetti u li fuq kollox ifittxu ġewwa dak kollu l-verità. Ifittxu dak li hu sewwa minn dak li mhux; dak li hu ġust minn dak li mhux. - Il-bniedem
Tista’ f’dan taqbad numru ta’ miri personali. Tnaqqas mill-piż. Taqta’ xorb jew ikel żejjed. Tista’ wkoll tfittex mhux biss dak fiżiku imma iktar dak intern; dak spiritwali.
Dak li fil-fatt jibdel lill-bniedem u jressqu biex ikun aħjar verament. Jifhem iktar l-iskop tal-eżistenza tiegħu; sehmu fid-dinja u lejn fejn irid jiddedika ħinu.
Fejn wieħed jaċċetta li kull persuna umana nħolqot bi skop preċiż u ħadd ma hu rrelevanti jew indispensabbli. Fejn tħares li ġġib iktar ċittadini attivi u li jieħdu sehem sħiħ fl-għarfien li dak li qed iwettqu hu parti minn proċess mhux biss personali imma fil-kuntest komplet ta’ dawk ta’ madwaru.
Fejn kull att tiegħu jinfluwenza dan il-kuntest sħiħ anki jekk jista’ jidher żgħir, minimu, moħbi u mwarrab. - Riċerka
F’dan nibqa’ nemmen li soċjetà tista’ tikber jekk ma tabbandunax is-sejħa li għandha lejn il-verità. Ma hemmx ħafna veritajiet kif jingħad lilna imma waħda.
Dik li tieħu ż-żmien tagħha biex tħaddan u tibni fuqha imma li hi hemm. Aktar u aktar f’dak li aħna mdawrin bih. Il-verità hi l-gwida tagħna f’kulma rridu nwettqu sewwa.
Iktar u iktar dawk li huma impenjati fil-politika f’dik l-ogħla sejħa li mhux ħafna jaċċettaw.
Ċertament li għalija nagħżel iktar minn qabel biex infittex il-verità u ma niġrix nibla’ dak li ħaddieħor iressaq li ma jkunx minnu.
Naqra, nifhem, nitkellem, niltaqa’ biex nissawwar iktar f’dan. Nifhem dejjem li oħrajn jistgħu jaqblu miegħek imma ma jfissirx li għandek raġun u fl-istess ħin jistgħu jmeruk u javversawk imma ma jfisserx li għandek tort. - Forsi f’dan
Forsi aktar f’dan għandna nħarsu lejn dawk li għandhom inqas minna. Dawk li jinsabu mwarrba fis-soċjetà u fid-dinja sħiħa. F’pajjiżna naraw soċjetà li tilfet ir-rieda tal-ordni u l-loġika.
Kollox sejjer għal rasu fejn l-irwiefen li tħallew jitqajmu qabel ħadd ma jidher jew irid jew jista’ jikkontrollahom. Il-ġid materjali mhux jasal sat-truf tas-soċjetà u s-sistema tal-għajnuna soċjali hi maqtugħa mid-dinja li trid tgħin.
Minkejja dak kollu li jidher differenti u ndikat bħala forma ta’ żvilupp progressiv tagħna, fil-fatt mhux hekk. Għad għandna wisq bnedmin li jitolbu rimedji u li qed jissieltu ferm iktar minn oħrajn biex jgħixu b’xi forma ta’ dinjità.
Dawk li jorqdu fil-karozzi tagħhom. Dawk li ma jistgħux ilaħħqu mal-kirjiet li huma dejjem għolja u li ma hemmx kontroll razzjonali fuqhom. - Infittex
Jista’ jkun li hemm min jinxtara f’kuxjenztu għax jinsab, skont hu, tajjeb. Imma l-verità turik li sakemm hemm oħrajn li mhumiex, trid tibqa’ ssemma leħnek u twettaq ħidmietek.
Mhux biss għal dawk fuq dawn il-gżejjer imma wkoll barra. Nistgħu ninsabu aħna fil-kumdità materjali, imma ma għandniex ninsew lil dawk li huma fil-miżerja… l-iktar dik li ġejja mill-faqar u mill-konflitti.
Dak li hemm bħalissa għall-bnedmin bħalna f’Gaża. Jista’ jkollna opinjonijiet varji dwar il-politiċi. Dwar min għandu raġun jew tort. Inkella jekk ħaġa kellhiex issir jew le.
Imma l-fatt jibqa’ li hemm tbatija esaġerata ta’ bnedmin li jridu jgħixu barra mal-elementi għax djarhom imkissra. Il-fatt jibqa’ li dawn huma bnedmin għaddejjin minn dan kollu u aktar ulied id-dinja huma għaddejjin minn passjoni li ma trid b’ebda mod tieqaf.
Pajjiżna jista’ f’dan iwettaq aktar u jikkontribwixxi aktar biex ikun hemm passi lejn bidliet fil-paċi. - L-istess
Hekk ukoll dak li għaddej fl-Ukrajna fejn ix-xenarju hu differenti imma l-bnedmin qed ibatu sew. Fejn nistgħu ngħinuhom iktar b’għajnuna umanitarja iktar soda u konsistenti.
Fejn fl-istess għandna nkunu fiċ-ċokon tagħna spalla vera lejn is-sejħa kostanti lejn il-paċi. Anki jekk ma tidhirx loġika jew oħrajn ma jaqblux, xorta rridu nkunu dawk li b’aktar saħħa ninsistu li hemm bżonn il-paċi u hemm lok għaliha.
Ma hemmx bżonn ħafna ħsieb jew offerti li jsiru xi diskussjonijiet hawn, imma iktar li nsemmu leħinna b’qawwa akbar milli aħna. Għandna kuxjenza u dik hi kostanti. Irridu nassiguraw li nwettqu dmirna fis-sewwa tagħha. - Stima
Jistgħu jiktbu kontra tagħna u jċeknuna f’dak li seħħ f’dawn l-gżejjer f’dawn l-aħħar snin. Nistgħu naqraw kemm kellna korruzzjoni u kemm ma aħniex nieħdu passi.
Imma dan iweġġa’ l-ewwel fih innifsu li seħħ, fil-fatti u wara fl-għarfien li pajjiżna ma jixraqlux hekk. Meta jħammġuna mod, meta nassiguraw li nitħammġu aħna mod ieħor.
Kif ukoll hu rilevanti li tara min jista’ jew irid li jitnaddaf. Ir-realtà hi li anki jekk aħna kwadrottu, xorta rridu bnedmin li jnaddfuna.
Vuċi ċara fuq ix-xenarju internazzjonali favur iktar aġir umanitarju u dak intern fejn l-ordni tiġi ristabbilita. M’aħniex nitkellmu fuq dik l-ordni li takkumpanja gvernijiet estremisti imma fuq dawk li l-liġi titlob. Liġi ċara, ċertezza tad-dritt u applikazzjoni fl-ugwaljanza tagħha. - Se tkun
Nittama li tul din s-sena jikbru l-inizjattivi f’pajjiżna biex fil-proċess lejn il-verità nagħrfu dak li jrid jinbidel. Nagħrfu li jixraq aktar ordni, aktar ġustizzja soċjali aġġornata, aktar ħidma minn bnedmin li jifhmu dak li ninsabu fih u fejn irridu naħdmu biex nieħdu lura l-istima li ħaqqna.
Nittama li se nifhem iktar jien ukoll dan kollu x’jitlob. Nittama li nkunu lkoll f’daqqa biex nibdlu għas-sewwa. Forsi l-iktar li nistennew ix-xemgħa tal-ġustizzja titla’ fuqna lkoll.
■ Mill-qalb nawgura lilek Sur Editur u lill-ħaddiem tagħna flimkien mal-qarrejja sena ġdida tajba u li tmexxina sew ’il quddiem.
Dan l-artiklu deher f’Il-Mument tal-Ħadd 4 ta’ Jannar, 2026.
//= $special ?>

