Tarbija ta’ 9 xhur mietet wara li ommha u r-raġel tagħha ħallewha waħedha għal seba’ sigħat biex ivvjaġġaw. Dan ġara fit-Tajwan lejlet l-ewwel tas-sena meta ommha ta’ 20 sena u r-raġel tagħha ħallew lit-tarbija msakkra fl-appartament tagħhom mid-9 ta’ filgħodu sal-4pm.
Meta kienet qiegħda tkun interrogata mill-pulizija l-omm qalet “jiena ħsibt li jekk nisqiha, it-tarbija kienet se tibqa’ rieqda għal żmien twil”.
Skont l-istqarrija tal-pulizija, jidher li l-omm irċeviet telefonata li kien wasslilha oġġett li kienet xtrat – u din ma setgħetx trażżan l-eċċitament, biex b’hekk telqet immedjatament. B’rapporti oħra jindikaw li dan, possibbilment, seta’ kien kelb.
//= $special ?>

