Aktar tard illejla, Nicolas Maduro mistenni jidher quddiem Qorti fl-Istati Uniti wara li hu kien maħtuf mill-Amerikani. Il-każ hu skedat li jibda għall-ħabta tas-6pm – meta fi New York il-ħin ikun nofsinhar.
Maduro mistenni jkun akkużat, fost l-oħrajn, bi traffikar ta’ droga u armi lejn l-Istati Uniti.
Bħalissa, il-Veneżwela qed titmexxa mill-Aġent President Delcy Rodrigez. Bil-President tal-Istati Uniti jwissiha li hi għandha tagħmel “dak li hu ġust”.
Fl-aħħar sigħat, il-President Trump baqa’ jinsisti bil-pjan tiegħu li ma jiqafx biss mal-Veneżwela. Fil-fatt, il-President tal-Istati Uniti indika li anke l-Kolombja taf tkun fil-mira ta’ azzjonijiet militari minn pajjiżu.
Donald Trump iddeskriva lill-President tal-Kolombja bħala “raġel marid” li mhux se jdum fil-poter għal żmien twil.
//= $special ?>

