Il-kumpanija Gozo Channel ħabbret li MV Gaudos ser ikun barra mis-servizz għall-manutenzjoni fid-‘drydocks’ mill-Erbgħa 7 ta’ Jannar sal-Erbgħa 4 ta’ Frar. Matul dan iż-żmien, il-kumpanija se tkun qed topera skeda temporanja għall-bastimenti l-oħra.
L-iskeda temporanja se tkun ippubblikata fuq il-websajt tal-Gozo Channel u fuq is-siti soċjali.
Il-passiġġieri huma avżati biex jiċċekjaw din l-iskeda qabel ma jivvjaġġaw.
Il-Gozo Channel skużat ruħha għal kull inkonvenjent ikkawżat minħabba d-‘drydocking’ ta’ MV Gaudos.
//= $special ?>

