Temp

Aktar twissijiet minħabba l-maltemp u l-borra fir-Renju Unit

It-temperaturi madwar ir-Renju Unit mistennija jinżlu għal 12-il grad taħt iz-zero, hekk kif il-kesħa mill-Artiku ġabet magħha aktar borra. Dan wassal biex inħarġu twissijiet f’diversi zoni tal-Iskozja u l-Ingilterra.

Kaġun ta’ dan it-temp estrem, ħafna skejjel baqgħu magħluqin.

Anke f’Wales u fl-Irlanda ta’ Fuq, ħafna villaġġi spiċċaw miksija bil-borra li niżlet fl-aħħar sigħat.

F’partijiet tal-Iskozja, speċjalment lejn in-naħa ta’ fuq, illum huwa mistenni li tinżel mal-15cm ta’ borra.