Iit-tieni stadju tar-Rally ta’ Dakar 2026 sar fuq medda ta’ 504 kilometri minn Yanubu sa Alula.
Fl-ewwel post fil-kategorija tal-muturi temm Daniel Sanders tal-Awstralja qabel Edgar Canet ta’ Spanja, it-tnejn għal Red Bull KTM Racing Factory. Sanders temm f’4 sigħat 13-il minuta u 37 sekonda. Fit-tielet post daħal Ricky Brabec tal-Istati Uniti għal Monster Energy Honda.
Fil-kategorija tal-vetturi l-ewwel post fit-tieni prova għall-koppja Seth Quintero u Andrew Short, it-tnejn tal-Istati Uniti fuq Toyota Racing li temmew fi 3 sigħat 57 minuta u 16-il sekonda b’distakk vantaġġ ta’ minuta u 42 sekonda fuq Henk Lategan u Brett Cummings, it-tnejn tal-Afrika t’Isfel wkoll fuq Toyota Racing.
It-tielet stadju fuq medda ta’ 422 kilometru huwa fuq ir-rotta ta’ Alula.
//= $special ?>

