Sport Waterpolo

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo fil-kampjonat Ewropew

Bejn l-10 u l-25 ta’ Jannar, it-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo immerxxi minn Milan Cirovic u l-assistent tiegħu Jonathan Valletta se jieħdu sehem għal dab’oħra fil-fażi finali tal-kampjonat Ewropew li se jsir f’Belgad, fis-Serbija .

L-iskwadra Maltija tinsab is-Slovenja fejn se tkun qed tagħmel programm ta’ taħriġ flimkien mat-tim nazzjonali tas-Slovenja.

L-iskwadra finali ta’ 15-il plejer msejħa minn Milan Cirovic hi din:

San Giljan – Jake Tanti (Gk), Matthew Zammit, Darren Zammit, Nikolai Zammit, Alec Fenech, Jake Bonavia, Jake Muscat, Ben Plumpton

Neptunes – Stevie Camilleri, Ivan Nagaev

Sirens – Nicky Grixti (GK),

Sliema – Liam Galea, Elijah Schembri, Jayden Cutajar, Benji Cachia  .

Malta tibda l-impenji tagħha fi Grupp A li fih hemm ukoll Franza, il-Montenegro u l-Ungerija.