Eġittu 3 Benin 1
F’partita fi Stade Adrar deċiża fil-ħin barrani, l-Eġittu għaddew għal kwarti finali tal-kompetizzjoni.
Matul l-ewwel taqsima bilanċ assolut bejn iż-żewġ naħat fejn iddominaw id-difiżi rispettivi b’Mohamed El Shenawy u Marcel Souke Dand jinou rari jkunu impenjati b’mod li l-iskor baqa’ intatt.
Fit-tieni taqsima kibret il-pressjoni mill-Eġittu li fid-69 minuta fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Mohammed Hany kien MARWAN ATTIA li għeleb lil Dand Jinou. Reazzjoni minn Benin li b’sorpriża fit-83 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ JODEL DOSSOU li għeleb lil Mohamed El Shenawy biex il-partita marret fil-ħin barrani. Fis-97 minuta minn azzjoni ta’ Marwan Attia kien YASSER IBRAHIM li poġġa lill-Egittu fil-vantaġġ. Fil-124 minuta kien MOHAMED SALAH li minn pass ta’ Zizo għamel l-iskor 3 – 1 għall-Eġittu u post fil-kwarti finali tal-CAF Africa Cup of Nations.
Niġerja 4 Mozambique 0
Ebda problema għan-Niġerja biex fil-Fez Stadium eliminaw lil Mozambique b’rebħa netta f’partita li ddominaw għal ħinijiet twal biex meritatament għaddew għal kwarti finali tal-kompetizzjoni.
Bin-Niġerja fuq l-offensiva fl-20 minuta minn azzjoni ta’ Akor Adams, kien ADEMOLA LOOKMAN li għeleb lil Ernan għall-ewwel gowl tal-partita. Ebda reazzjoni minn Mozambiquew li fil-25 minuta sofrew it-tieni gowl. Minn azzjoni oħra ta’ Adams din id-darba kien VICTOR OSIMHEN li għeleb lil Ernan.
2 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fis-47 minuta minn azzjoni ta’ Lookman kien mill-ġdid VICTOR OSIMHEN li għamel l-iskor 3 – 0 . L-aħħar gowl għan-Niġerja skorjat fil-75 minuta minn AKOR ADAMS minn azzjoni ta’ Ademola Lookmall . 4 – 0 bin-Niġerja fil-kwarti finali.
//= $special ?>

