Sport

Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA

Balluta Barracudas żammew lil Valletta St Paul’s fi draw ta’ 1-1 fir-raba’ ġurnata tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Amateur Football Association.

Kienu Juan Ortega Zarate li poġġa lil Valletta St Paul’s fil-vantaġġ filwaqt li Timmy Zammit Lupi skorja l-gowl tad-draw għal Balluta Barracudas.

Referee tal-partita kien Lorry Sammut.

Marsa St Michael kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil San Ġwann Pro Evolution 4-0 b’żewġ gowls minn Yuya Emura filwaqt li Stiven Jeancol Uribe Rico u Ali Oularbi minn penalty gowl kull wieħed għal Marsa St Michael.

Referee kien Onur Arslan.

Fil-partita ewlenija tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Attard Edex Kings huma leaders assoluti wara li rebħu l-konfront dirett kontra Swieqi United AFC 3-2.

Johan Rodriguez poġġa lil Attard fil-vantaġġ sabiex Julius Ifeanyi Offorzor skorja l-gowl tad-draw għal Swieqi. 1 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fayis Muhammed Valiyaparambath reġa’ poġġa lil Attard fil-vantaġġ għalkemm Joao Victor Calilo Aiezza għamilhom 2-2 għal Swieqi. Madankollu kien Miguel Acevedo li skorja l-gowl tar-rebħa għal Attard.

Referee kien Paul Apap.

Gudja Wanderers għelbu lil Ħamrun Sporting 2-0 b’gowls ta ‘ Andres Santiago Maldonado u Marco Antonio Bravo Ortiz .

Referee kien Igor Kankaras.

Naxxar Victorians kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Mqabba Albions 2-1 b’gowls minn Jake Cachia u Liam Sciberras filwaqt li  Miguel Grima skorja għal Mqabba.Referee kien Alper Can.

Birżebbuġa St Peter’s AFC u St Paul’s Bay NMFC temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 3-3.

Referee kien Ray Tabone.