Lokali

Mara feruta gravi wara li ntlaqtet minn karozza misjuqa minn tfajla ta’ 26 sena

Mara ta’ 72 sena, għal xi s-sebgħa u nofs ta’ filgħodu (0730hrs), ittieħdet l-Isptar Mater Dei
wara li kienet involuta f’inċident fi Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara ntlaqtet minn Nissan Micra, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 26 sena.

L-anzjana ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.