Internazzjonali

María Corina Machado rringrazzjat lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump

Il-forzi Amerikani arrestaw lill-President Venezwelan Nicolás Maduro u lil martu tlett ijiem ilu waqt operazzjoni f’Caracas.

U issa, il-mexxejja tal-Oppożizzjoni fil-Veneżwela María Corina Machado rringrazzjat lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump għal din l-azzjoni. Fejn spjegat li dan kien “pass kbir għall-umanità u l-libertà.”

Machado tkellmet ftit wara li Maduro deher fil-qorti ta’ New York.

Matul is-smigħ, Maduro ddikjara li mhux ħati għal kull akkuża. Bl-eks leader tal-Veneżwela jgħid li hu “president maħtuf” u “priġunier tal-gwerra.” Qal ukoll li għadu l-president tal-Venezwela.