Raġel ta’ 30 sena residenti l-Imsida, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli, fl-Imsida.
L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tal-4pm, u mill-ewwel stħarriġ preleminari rriżulta li l-vittma kien qed isuq mutur Honda meta seħħ impatt ma’ BYD E6, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti Tas-Sliema.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn
aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


