Raġel ta’ 84 sena mill-Mosta weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza misquja minn raġel Ġermaniż ta’ 80 sena, f’Għajnsielem.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-2:30pm fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn karozza tat-tip Kia Picanto.
Irriżulta wkoll li l-karozza kienet qed tiġi misjuqa minn Ġermaniż ta’ 80 sena.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, u immedjatament ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.
Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

