It-Tlieta filgħaxija nfetaħ uffiċjalment il-crowdfunding tal-Partit Nazzjonalista b’risq il-Konvenzjoni Nazzjonali għal Malta li nixtiequ, konvenzjoni nazzjonali mwiegħda mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.
Id-donazzjoni tista’ ssir hawnhekk: https://pn.org.mt/tama/donazzjoni-konvenzjoni/
Il-Partit Nazzjonalista qed jisħaq li bl-appoġġ ta’ kull wieħed u waħda miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, din il-konvenzjoni se tkun qed toħloq mappa li tmexxi l-pajjiż lil.hinn mill-inċertezzi għal direzzjoni ċara.
Intqal kif se jinħoloq spazju miftuħ fejn l-ideat, l-enerġija u l-esperjenzi taċ-ċittadini se jingħaqdu f’viżjoni li tagħti direzzjoni u tnissel tama.
Kull min jagħti donazzjoni se jkollu post garantit f’din il-konvenzjoni.
//= $special ?>
