Matul il-jum tat-Tlieta, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, ġie ppreżentat bit-tielet edizzjoni tal-ktieb “A Commentary on the Costitution of Malta” – ktieb li ssawwar mill-Eks Ministru u Eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg.
Matul din il-preżentazzjoni fid-Dar Ċentrali, Tonio Borg fakkar li l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-ktieb ħarġet propju fl-2016. U issa ħareġ it-tielet edizzjoni li huwa kummentarju tal-Kostituzzjoni… li huwa aġġornat sal-aħħar ta’ Awwissu tal-2025.
Tonio Borg iddeċieda li joħroġ it-tielet edizzjoni ta’ dan il-ktieb għax saru ħafna tibdiliet kostituzzjonali, sentenzi fuq il-proprjetà u anke fejn jidħol fair hearing.
Dan il-ktieb kien ippubblikat mill-pubblikaturi Kite. U huwa kummentarju li jiġbor fih 124 artiklu kollha riprodotti.
Preżenti wkoll għal din il-preżentazzjoni kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Charles Bonello.
//= $special ?>
