Lokali

Vjetnamita bi grieħi gravi wara li ntlaqtet minn xarabank

Vjetnamita ta’ 38 sena li tgħix San Pawl il-Baħar, weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn xarabank.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15am, fi Triq in-Naxxar, f’Ħal Lija, u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara ntlaqtet minn xarabank tal-għamla King Long, misjuqa minn raġel mill-Ghana ta’ 38 sena residenti l-Imsida.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata
bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.