Il-President Amerikan Donald Trump qed jevalwa numru ta’ operazzjonijiet sabiex jakkwista Greenland – li attwalment tinsab taħt ir-responsabbiltà tad-Danimarka.
Il-White House li tkellmet mal-BBC, spjegat illi l-akkwist ta’ Greenland huwa prijorità ta’ sigurtà nazzjonali u li anke l-militar qed ikun ikkunsidrat sabiex isir dan l-akkwist.
Dan reġa’ ġie mtenni mill-President Amerikan wara li numru ta’ pajjiżi Ewropej urew l-appoġġ tagħhom sabiex Greenland tibqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Danimarka.
Il-pajjiżi Ewropej kienu l-Italja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza, il-Polonja u Spanja.
Trump mill-ġdid semma’ li jrid jagħmel akkwist ta’ Greenland wara li ħataf l-Eks President tal-Venezwela Nicolas Maduro fl-aħħar jiem.
//= $special ?>

