Sport

Ebda gowl

Sliema Wanderers 0  Marsaxlokk  0

Ebda gowl f’partita li matulha ftit li xejn kien hemm okkażjonijiet fejn xi wieħed mit-timijiet seta’ jikseb it-tliet punti fejn issa kollox jiddependi mill-aħħar partita li fadlilhom fl-Opening Round.

Sliema, fil-Victor Tedesco Stadium ft-Top  6, kienu ġejjin minn ġranet diffiċli bl-eliminazzjoni mill-FA Trophy kontra Swieqi United u t-tneħħija tal-kowċ Paul Zammit fejn għal kontra Marsaxlokk it-tim tmexxa mill-assistent Noel Turner.

Marsaxlokk ukoll mhumiex fl-aħjar forma tagħhom fejn rebħu partita biss mill-aħħar erba’ partiti tal-kampjonat, apparti l-eliminazzjoni ta’ ġimgħa ilu mill-FA Trophy kontra Floriana.

Ir-Referee kien Ishmael Barbara.