Internazzjonali

Il-Veneżwela se tagħti mal-50 miljun barmil taż-żejt lill-Istati Uniti

Ritratt: Sky News

Skont l-Amerikani, il-Venezwela se tkun qed tagħti mal-50 miljun barmil taż-żejt lill-Istati Uniti.

Wara l-ħatfa tal-Eks President tal-Venezwela Nicolas Maduro u l-mara tiegħu Cilia, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump spjega li dan il-pajjiż se jkun qed jagħti mal-50 miljun barmil taż-żejt lill-Istati Uniti.

Dan iż-żejt li jiswa 2.8 biljun dollaru Amerikan se jkun qed jinbiegħ skont il-prezz tas-suq, u li l-profit tiegħu se jkun ta’ benefiċċju kemm għall-Amerikani imma anke għaċ-ċittadini tal-Venezwela.

Dawn il-kummenti ġew wara li hu stqarr li l-industrija taż-żejt Amerikana, se tibda l-operat tagħha fi żmien 18-il xahar, u li qed jistenna investimenti kbar f’pajjiżu.

Intant, skont rapporti internazzjonali jidher illi l-akbar kumpaniji taż-żejt fl-Istati Uniti huma mistennija li jiltaqgħu mal-amministrazzjoni ta’ Trump fil-jiem li ġejjin.