Ekonomija Lokali

Ir-rata tal-inflazzjoni f’Malta f’Diċembru kienet ta’ 2.3%

L-inflazzjoni annwali fiz-zona tal-euro kienet ta’ 2.0% f’Diċembru 2025, dan juri tnaqqis mit-2.1% li kien reġistrat f’Novembru.

Dan ħareġ minn stimi preliminari tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Meta wieħed iħares lejn il-komponenti ewlenin tal-inflazzjoni fiz-zona tal-euro, is-servizzi huma mistennija jkollhom l-ogħla rata f’Diċembru (3.4%, meta mqabbla ma’ 3.5% f’Novembru), segwiti mill-ikel, alkoħol u tabakk (2.5%, meta mqabbla ma’ 2.4% f’Novembru), oġġetti industrijali mhux relatati mal-enerġija (0.4%, meta mqabbla ma’ 0.5% f’Novembru) u enerġija (-1.9%, meta mqabbla ma’ -0.5% f’Novembru).

Ir-rata tal-inflazzjoni f’Malta f’Diċembru kienet ta’ 2.3%, li hija rata ogħla mhux biss mill-medja taz-zona ewro iżda minn diversi stati membri bħall-Ġermanja (2.0%), il-Belġju (2.2%), Franza (0.7%), l-Italja (1.2%), Ċipru (0.1%) u l-Fillandja (1.8%).