Sport

Jirbħu Como, Roma u Juventus

Pisa   0       Como    3

Tkompli s-serje pożittiva ta’ Como f’partita fi Stadio Romeo Anconetani, li ddominaw fit-tieni taqsima.

Fit-68 minuta Como marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Maxance Caqueret kien MAXIMO PERRONE li għeleb lil Adrian Semper. Ebda reazzjoni minn Pisa li fis-76 sofrew it-tieni gowl permezz ta’ ANASTASIOS DOUVIKAS li minn azzjoni ta’ Jesus Rodriguez għeleb mill-ġdid lil Semper.

Fil-85 minuta ċans għal Pisa biex inaqqsu l-iskor iżda minn penalty M’Bala Nzola ma rnexxielux jgħeleb lil Jean Butez. Għal kuntrarju fis-96 minuta kien ANASTASIOS DOUVIKAS li minn penalty għeleb lil Semper għat-3 – 0 finali.

Lecce           0        Roma    2

B’gowl f’kull taqsima, Roma saħħew posthom fir-raba’ post fil-klassifika komdi b’36 punt. B’Roma fi Stadio Via del Mare, fuq l-offensiva, fl-14-il minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ EVAN FERGUSON li minn azzjoni ta’ Paulo Dybala għeleb lil Vladimiro Falcone għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima l-andament baqa’ l-istess l-aktar wara li fil-71 minuta Roma rduppjaw wara li ARTEM DOVBYK għeleb mill-ġdid lil Vladimiro Falcone u għalaq il-partita.

Sassuolo    0     Juventus   3

Auto gowl ta’ MUHAREMOVIC li għeleb lil Arijanet Muric fis-16-il minuta kien biżżejjed biex Juventus marru fil-vantaġġ. 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima fi Stadio Mapei – Citta’ del Tricolore.

Fit-tieni taqsima dominju minn Juventus li fit-62 minuta rduppjaw. Minn azzjoni ta’ Jonathan David kien FABIO MIRETTI li għeleb lil Muric. Ebda reazzjoni minn Sassuolo fejn Juventus approfittaw u fl-64 minuta għamlu l-iskor 3 – 0 permezz ta’ Jonathan David.