L-eks kowċ ta’ Newcastle u tal-Ingilterra, Kevin Keegan, sar magħruf li għandu kanċer.
Kienet il-familja tal-eks captain tat-tim nazzjonali Ingliż, li żvelat din l-aħbar permezz ta’ stqarrija. “Riċentement, Kevin iddaħħal l-isptar għal aktar kura medika għas-sintomi li ilu jħoss. Dawn it-testijiet żvelaw dijanjosi ta’ kanċer, li għalih Kevin se jkollu jgħaddi minn trattament.”
L-istqarrija tkompli tgħid li Kevin hu grat lejn it-tim mediku għall-intervent tagħhom u għall-kura kontinwa li qed jirċievi.
“F’dan il-mument diffiċli, il-familja qed titlob rispett għall-privatezza tagħhom u mhux se tagħmel aktar kummenti,” temmet tgħid l-istqarrija maħruġa mill-familjari ta’ Kevin Keegan.
//= $special ?>

