Sport

L-Alġerija u Kosta tal-Avorju fil-kwarti finali

Alġerija     1     Republika Dem.tal-Kongo  

Matul l-ewwel taqsima fil-Moulay Hassan Stadium, l-Algerija kellhom aktar pussess, l-azzjonijiet fuq il-lasti ta’ Lionel Ngau Mpasi kienu skarsi bl-ewwel taqsima tintemm 0 – 0 . Eventwalment ftit kien hemm tibdil fl-andament matul it-tieni taqsima bir-riżultat li l-partita marret għal ħin barrani.

Minuti minn tmiem il-partita Vladimir Petkovic kowċ tal-Algerija, f’tentattiv aħħari daħħal fil-partita lil Zerrouki u Boulbina. Fil-119 il-minuta pass ta’ Ramiz Zerrouki lejn ADIL BOULBINA li għeleb lil Lionel Ngau Mpasi biex poġġa lill-Alġerija fil-kwarti finali.

Kosta tal-Avorju     3         Burkina Faso  0

Kif kien mistenni l-Kosta tal-Avorju ma fallewx milli jgħelbu lil Burkina Faso fi Stade de Marrakech, bla dubju inqas ikkwotati. Rebħa li poġġiethom fil-kwarti finali tal-kompetizzjoni.

Kollox faċli għal Kosta tal-Avorju fil-mument li marru fil-vantaġġ. Kien AMAD DIALLO li fl-20 minuta għeleb lil Herve Koffi. Ebda reazzjoni minn Burkina Faso li fit-32 minuta sofrew it-tieni gowl. Minn azzjoni ta’ Amad Diallo kien YAN DIOMANDE li mill-ġdid għeleb lil Koffi. 2 – 0 skor li bih intemmet ukoll l-ewwel taqsima.

It-tielet gowl għal Kosta tal-Avorju kien skorjat fit-87 minuta minn BAZOUMANA TOURE’.