Lokali

Malti jweġġa’ b’arma li taqta’ u bil-ponta waqt argument fil-Fgura

Malti kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li qala’ daqqa ta’ arma taqta’ u bil-ponta fil-Fgura waqt argument matul illejl.

Il-Pulizija kienu infurmati li kienu għall-ħabta tal-4 tal-Erbgħa meta seħħ argument bejn 4 persuni fi blokk ta’ appartamenti fi Triq Ċensu Busuttil, fil-Fgura.

L-argument seħħ bejn tlett irġiel Maltin ta’ 42 sena, 43 sena u 38 sena residenti l-Fgura, u mara Russa ta’ 42 sena wkoll residenti l-Fgura. Fejn wieħed mill-irġiel ingħata daqqa ta’ arma taqta’ u bil-ponta.

It-tlett irġiel kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif, dan filwaqt li raġel minnhom kien iċċertifikat li weġġa’ b’arma bil-ponta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejin.