Internazzjonali

Mhux jeskludu “azzjoni militari” biex jieħdu Greenland

Ma taqta’ xejn il-kontroversja assoċjata ma’ Greenland, hekk kif issa l-White House stess ikkonfermat li “azzjoni militari” tibqa’ dejjem possibbiltà.

Din l-istqarrija waslet ftit wara li l-mexxejja Ewropej insistew li mhux se jieqfu jiddefendu l-integrità territorjali ta’ Greenland. Fejn kollox qed jindika li Trump mhux se jnaqqas mir-retorika li uża fl-aħħar jiem – u qed iwissi li mill-kliem lest jgħaddi għall-fatti.

Greenland preżentament hija territorju awtonomu li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Danimarka – li hija parti min-NATO.