Raġel ta’ 31 sena li jaħdem bħala deliveryman ġie mixli quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li ħebb għal persuna omosesswali u li wkoll qallu kliem biex joffendih u li kien motivat b’konotazzjonijiet sesswali.
Minn dak li ħareġ fil-Qorti skont id-difiża vittma ħebb għat-tfajla ta’ Brady Azzopardi wara li nċident tat-traffiku. Il-prosekuzzjoni qalet li kienet persuna oħra li allegatament ħebbet għat-tfajla ta’ Azzopardi u mhux l-allegat vittma.
It-tfajla tal-akkużat ċemplitlu u t-tnejn ġew fl-idejn. L-Avukat Matthew Xuereb qal li hemm body cam footage u għalhekk hemm il-provi u mhemmx biża’ tagħhom. Il-prosekuzzjoni baqgħet toġġeżjoba fuq intraċċ u oġġezzjonat xorta anke jekk il-kundizzjonijiet ikunu stretti.
Ħareġ li kien hemm tgħajjir u mid-diskors il-vittma ħass li kien hemm mibgħeda razzjali. U hawn ġie konfermat li l-vittma hija omossesswali. Tenna li beda jħares fiss f’għajnejh u bi ħdura qallu ‘pufta’. Hu qala’ wkoll daqqa.
Id-difiża qalet l-akkużat għandu fedina penali nadifa. L-allegat vittma joqgħod il-Marsa u meta l-akkużat ġie mistoqdi mill-Qorti liema rotta juża għax-xogħol tiegħu, huwa wieġeb Buġibba u San Ġiljan. Il-Qorti ordnatlu biex ma jgħaddix mill-Marsa, fejn joqgħid l-allegat vittma jew tas-Sliema fejn jaħdem.
Brady Azzopardi, ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ 9,000 ewro u li jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq, it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa. Azzopardi ġie akkużat li weġġa’ gravi lil Shamison Gerada f’inċident li seħħ fis-27 ta’ Diċembru 2025 għall-ħabta tas-6 ta’ filgħodu fi Triq l-Iljun, Ħal Qormi.
Skont il-prosekuzzjoni, Azzopardi allegatament ikkawża offiża gravi fil-konfront ta’ Gerada permezz tal-użu ta’ arma irregolari. Il-qorti nnotat li l-inċident huwa aggravata minħabba li l-allegat reat kien motivat fuq il-bażi tal-identità tal-ġeneru jew orjentazzjoni sesswali tal-vittma.
Iċ-ċertifikat mediku ppreżentat mit-tabib Z. Nasser kkonferma li l-vittma sofriet ġrieħi gravi. Barra minn hekk, Azzopardi qed jaffaċċja akkużi ta’ fastidju u theddid lejn il-vittma, akkużi li mhumiex koperti taħt dispożizzjonijiet oħra tal-Kodiċi Kriminali, flimkien ma’ akkuża ta’ recidivism minħabba sentenzi preċedenti li saru definittivi.
Il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex toħroġ ordni ta’ protezzjoni għall-vittmali kienet milqugħa mill-Qorti. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Manuel Grech mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u mill-Ispettur Manuel Mallia. Għall-akkużat deher l-Avukat Matthew Xuereb filwaqt li l-Avukat Nicholas Mifsud deher bħala parte civile fil-każ.
//= $special ?>

