Mara ta’ 46 sena, Silvana Azzopardi, wieġbet mhux ħatja għall-akkużi li serqet u approprjat b’mod indebitu eluf ta’ ewro minn għand l-impjegatur tagħha, kif ukoll li kisbet qligħ frodulenti u li hija recidiva. Minn informazzjoni li għandna jidher li s-serqa kienet tammonta gġak madwar 5,000 ewro.
Azzopardi tressqet il-Qorti l-Erbgħa wara nofsinhar, fejn ġiet akkużata li, matul snin ta’ impjieg f’kiosk, kienet qed tnaqqas jew ma ddaħħalx kollha l-bejgħ fis-sistema sabiex iżżomm parti mill-flus għaliha. Il-Pulizija bdiet tinvestiga wara li s-sid tal-kiosk fil-Qawra ressqilha rapport kriminali, fejn allega li nnota diskrepanzi finanzjarji u suspett ta’ frodi kontinwa.
L-ispettur Warren Galea spjega li s-sid ippreżenta wkoll filmati tas-CCTV lill-Pulizija, li fihom allegatament tidher l-imputata tieħu l-flus b’mod mhux regolari. Azzopardi ġiet arrestata l-Erbgħa filgħodu u tressqet il-Qorti ftit sigħat wara.
Il-Avukat Nicholas Mifsud, li deher għall-imputata, talab il-ħelsien mill-arrest, li ngħata bil-kundizzjonijiet. Il-Qorti ordnat depożitu ta’ €200, garanzija personali ta’ €10,000, obbligu li tiffirma darbtejn fil-ġimgħa u curfew.
Matul il-kawża li nstemgħet quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, il-mara qagħdet tibki l-ħin kollu. L-ispettur Warren Galea mexxa l-prosekuzzjoni, filwaqt li Dr Marie Claire Ellul dehret għall-allegat vittma.
//= $special ?>

