Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Huwa privileġġ kbir li jkollok il-Papa jsejjaħlek b’ismek” – Patri Leslie Gatt

Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Patri Leslie Gatt, il-Provinċjal tal-Agostinjani f’Malta. Miegħu se ssir diskussjoni dwar l-iżvilupp u t-trawwim li kellu fil-Belt Kapitali, iżda wkoll x’kien il-punt tat-tluq li wasslu biex isir saċerdot, u li jsir patri mal-Ordni Agostinjana.

“Kont qattajt siegħa u nofs nitkellem mal-Papa Ljun, dak iż-żmien Kardinal, fl-ajruport ta’ Malta, qsamna numru ta’ ħsibijiet”.

Patri Leslie Gatt ħadem u għadu jaħdem maż-żgħażagħ, speċjalment dawk li jmorru l-Kulleġġ tal-Patrijiet f’Tal-Pietà – id-diskussjoni se teħodna wkoll fuq l-importanza tal-fidi u l-valur nisrani fost is-soċjetà.

PROFILI, illejla fid-9.35pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Philip Grech.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki Spotify.