Sport

Rebħa u konferma minn Hibernians

Hibernians      4       Gżira United    1

Rebħa u konferma minn Hibernians li mmaturat fit-tieni taqsima tant li sas-60 minuta kienu fetħu vantaġġ triplu. L-ewwel gowl fit-28 minuta wara li PEDRO HENRIQUE NUNES SILVA għeleb lil Karl Sargeant għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Fil-57 minuta Hibernians irduppjaw permezz ta’ LUCAS IAPERT li mill-ġdid għeleb lil Sargent. Tliet minuti wara l-iskor sar 3 – 0 din id-darba permezz ta’ MIULEN CARVALHO. ll-partita fil-Victor Tedesco Stadium, partita mill-Bottom 6, kienet magħluqa fis-77 minuta meta kien GABRIEL MENTZ BOHRER li għeleb lil Constantin Branesco biex naqqas l-iskor għal Gzira.

Madankollu, tlett minuti wara kien mill-ġdid LUCAS IAPERT li għeleb lil Sargeant biex għalaq il-partita.

Referee kien Fyodor Zammit.