West Ham United 1 Nottingham Forest 2
Minn partita destinatha li tintemm fi draw fil-London Stadium, minuti mit-tmiem Nottingham ingħataw penalty li wassal għas-sitt rebħa fil-Kampjonat sabiex baqgħu fis-17-il post b’21 punt.
Telfa għal West Ham li aktar minn qabel jibqgħu mhedda li staġun ieħor jilagħbu f’diviżjoni inferjuri.
West Ham sofrew it-13-il telfa minn 21 partita.
Fit-13-il minuta wara corner ta’ Summerville kien MURILLO li kkommetta auto gowl meta għeleb lil Matz Sels biex poġġa lil West Ham fil-vantaġġ. Fil-51 minuta, gowl ta’ Crysensio Summerville għal West Ham ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside sabiex erba’ minuti wara Nottingham Forest kisbu l-gowl tad-draw.
Minn azzjoni ta’ Elliot Anderson kien NICOLAS DOMINGUEZ li bir-ras għeleb lil Alphone Areola għal 1 – 1.
Fid-89 minuta foul ta’ Areola fuq Gibbs White fil-kaxxa. Ir-referee Tony Harrington ikkonsulta l-VAR. Saffar penalty għal Nottingham b‘MORGAN GIBBS WHITE jegħleb lil Alphonse Areola għat 2 – 1 finali.
//= $special ?>

