Lokali

Trailer jitlef il-kontroll fil-Kappara Junction bir-riżultat li għalaq żewġ kareġġjati

Il-Kappara Junction direzzjoni lejn il-Marsa, proprju biswit il-pompa tal-petrol, tinsab magħluqa hekk kif trailer tilef il-kontroll biex spiċċa mblokka ż-żewġ kareġġjati.

Jirriżulta li dan l-inċident seħħ ftit tal-mumenti ilu, u li dan it-trailer spiċċa tkaxkar mal-barrikati tal-ħadid, u dar fuq ruħu sakemm weħel mal-ħajt li hemm oppost il-barrikati.

Sa issa ma nafux jekk is-sewwieq għandux bżonn għajnuna jew jekk kienx hemm passiġġieri u persuni fit-triq li setgħu weġġgħu.

Il-Pulizija jinsabu fil-post sabiex jibdew bl-investigazzjonijiet tagħhom u jikontrollaw it-traffiku. Dan filwaqt li hemm ukoll tim mid-dipartiment tal-emerġenza ta’ Materi Dei.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.