Internazzjonali

Aġent tal-Immigrazzjoni fl-Istati Uniti jisparra fuq mara ta’ 37 sena u joqtolha

Fl-Istati Uniti, Aġent tal-Immigrazzjoni qatel mara ta’ 37 sena fil-belt ta’ Minneapolis, wara li sparalha.

Uffiċjali federali qed jgħidu li l-vittma Renee Nicole Good pruvat isuq għal fuq l-aġenti tal-Immigrazzjoni, però is-Sindku ta’ Minneapolis qed jgħid li l-aġenti aġixxew b’mod mill-aktar traskurat.

Filmati li qed jiċċirkulaw juru aġent tal-ICE, riesaq lejn karozza li kienet f’nofs ta’ triq, bis-sewwieq jidher se jdawwar biex isuq lil hinn mill-aġenti b’riżultat li wieħed mill-aġenti spara tal-inqas żewġ tiri lejn il-vittma.

Mijiet ta’ aġenti tal-ICE tpoġġew f’Minneapolis bħala parti mill-ġlieda tal-White House kontra l-immigrazzjoniji illegali.