Fl-Emirates Stadium draw ta’ mingħajr gowl bejn Arsenal u Liverpool li jħalli lil Arsenal sitt punti f’ras il-klassifika fuq Manchester City.
B’Arsenal jiddominaw l-ewwel minuti tal-partita Liverpool irnexxielhom jikbru fil-partita u kellhom mumenti tajbin tant li laqtu l-lasta minn tentattiv ta’ Florian Wirtz fl-ewwel taqsima.
Min-naħa tagħhom Arsenal naqqsu milli joħolqu azzjonijiet perikoluż fit-tieni taqsima u ftit li xejn impenjaw lill-goalkeeper ta’ Liverpool Alisson Becker. Fl-aħħar minuta tal-partita minn corner ta’ Noni Madueke, Gabriel Magalhaes mill-viċin u waħdu tefa’ d-daqqa ta’ ras tiegħu barra.
//= $special ?>

