F’San Siro draw ta’ 1-1 bejn Milan u Genoa, liema draw iħalli lir-Rossoneri fit-tieni post tal-klassifika b’39 punt, tliet punti wara l-leaders Inter.
Kienu Genoa li marru fil-vantaġġ fit-28 minuta meta Ruslan Malinovsky għadda lejn Lorenzo Colombo li xeħet fix-xibka għal 1-0. B’Milan ifittxu l-gowl tad-draw, kien fit-92 minuta li skorjaw il-gowl tad-draw permezz ta’ Rafael Leao.
Genoa ingħataw penalty fl-aħħar minuta tal-partita, b’Nicolae Stanciu jitfa’ barra.
//= $special ?>

