Futbol Sport

Finali bejn Real Madrid u Barcelona

Fl-Arabja Sawdija Real Madrid għelbu lir-rivali ta’ Madrid, Athletico Madrid bl-iskor ta’ 2-1, fis-semifinali tas-Super Cup, biex issa jaffaċjaw lir-rivali Barcelona, fl-El Classico.

Kienu Real Madrid li fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta kien Federico Valverde li xeħet fix-xibka għal 1-0. FIl-55 minuta huma rdoppjaw meta din id-darba Valverde għadda lejn il-Brażiljan Rodrygo li xeħet fix-xibka għal 2-0. Tliet minuti wara A.Madrid naqqsu d-distakk permezz ta’ Alexander Sorloth, li ma kienx biżżejjed biex jiksbu r-riżultat.