Parma 0 Inter 2
B’gowl f’kull taqsima, Inter, fi Stadio Ennio Tardini, mhux biss saħħew posthom fl-ewwel post iżda fl-istess waqt kisbu l-14-ir rebħa biex telgħu għal 42 punt.
Fit-42 minuta Inter marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Francesco Pio Esposito kien FEDERICO DIMARCO li għeleb lil Edoardo Corvi. Fit-tieni taqsima minkejja li Parma wettqu reazzjoni limitata, fl-94 minuta gowl ta’ Ange Bonny għall-Inter ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba foul fl-istess azzjoni. Madankollu minuti wara minn azzjoni ta’ Nicolo Barella kien MARCUS THURAM li mill-ġdid għeleb lil Edoardo Corvi .
Napoli 2 Verona 2
Riżultat pjuttost sorpriza fi Stadio Diego Armando Maradona l-aktar għall-fatt li sa tmiem l-ewwel taqsima Verona kienu fetħu vantaġġ doppju.
Fis-16-il minuta Verona fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Cheikh Niasse kien MARTIN FRESE li għeleb lil Vanja Milinkovic Savic. Fis-27 minuta l-iskor sar 2 – 0 wara li minn penalty kien GIFT ORBAN li għeleb mill-ġdid lil Milinkovic Savic. 2 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Reazzjoni minn Napoli fit-tieni taqsima. Fl-54 minuta minn pass ta’ Noa Lang kien SCOTT MC TOMINAY li għeleb lil Lorenzo Montipo biex għamel l-iskor 2 – 1 . Fit-72 minuta gowl ta’ Rasmus Hojlund min kienx ikkonvalidat bil-VAR. Għaxar minuti wara Napoli kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ GIOVANNI DI LORENZO li minn azzjoni ta’ Luca Marianucci għeleb lil Montipo biex għalaq il-partita 2 – 2
Bologna 0 Atalanta 2
B’gowl f’kull taqsima fi Stadio Renato Dall’Ara, Atalanta komplew bis-serje pożittiva. Mhux l-istess Bologna li sofrew it-tieni telfa konsekuttiva f’temp ta’ ftit ġranet.
Fis-37 minuta minn azzjoni ta’ Charles De Ketelaere kien NIKOLA KRISTOVIC li għeleb lil Federico Ravaglia. Reazzjoni minima minn Bologna l-aktar wara li fis-60 minuta sofrew it-tieni gowl mill-ġdid skorjat minn NIKOLA KRISTOVIC minn azzjoni ta’ Marten De Roon
//= $special ?>

