Lokali

It-triq ta’ Għajn Dwieli tinsab magħluqa

Aktar kmieni llum, il-Pulizija ħabbru li Triq Għajn Dwieli, f’Bormla, ingħalqet kompletament għall-pubbliku għal raġunijiet ta’ sigurtà.

Dan ifisser li ebda karozzi jew vetturi oħra ma jistgħux jgħaddu minn din il-mina, li twassal lejn il-qalba tal-Kottonera.

L-appell tal-Pulizija kien sabiex is-sewwieqa jgħaddu minn toroq alternattivi.

Net News jinsab infurmat li kaġun tal-maltemp waqa’ xi ġebel. U z-zona se tinżamm magħluqa sakemm jitlestew ix-xogħlijiet li jeħtieġ isiru sabiex jitneħħa kull periklu.