Lokali

Maria Micallef se tkun qed tmexxi l-MCESD

Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, għandu chairperson ġdid.

Dan hekk kif din il-ġimgħa tħabbret il-ħatra ta’ Maria Micallef bħala l-persuna li se tkun qed tmexxi wara l-Perit David Xuereb.

Micallef għandha esperjenza estensiva fis-settur privat. U bla dubju li din se sservi bħala għodda biex tikkontribwixxi b’mod pożittiv f’dan l-irwol il-ġdid li ngħatat.

Il-PN fi stqarrija feraħ lil Maria Micallef u jirringrazzja lil David Xuereb għall-kontribut li ta f’dawn l-aħħar tliet snin, b’mod partikolari għall-kollaborazzjoni li dejjem kien hemm bejn il-Partit Nazzjonalista u l-MCESD permezz ta’ diversi laqgħat ta’ djalogu taħt it-tmexxija tiegħu.