Diversi partijiet tal-Awstralja qed jesperjeżaw heatwave li se tkompli tiggrava bejn illum u għada. Tant li hemm biża’ serja dwar nirien li kapaċi jiġu ġenerati b’din is-sħana estrema.
Matul il-jum tal-Ġimgħa, 450 skola u child care centre fl-istat ta’ Victoria se jinżammu magħluqin.
Din il-heatwave qed taffettwa anke partijiet minn New South Wales.
F’Melbourne, din il-ġimgħa, it-temperaturi qabżu l-40 grad. Dan filwaqt li f’Western Australia kien hemm saħansitra temperaturi li missew id-49 gradi celcius.
//= $special ?>

